May 2017 – Glenn Bedingfield
Updated: Sep 21
Mhux tal-iskantament li Dr Said Pullicino ħareġ b’dan il-mod kontra l-Prim Ministru biex jagħti daqqa t’id lill-Partit Nazzjonalista. Biżżejjed wieħed jagħraf li l-eks Prim Imhallef ma rax bħala pressjoni l-kumment, bla dubju barra minn loku, tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta mbotta bi kliemu lill-Maġistrat Aaron Bugeja li għandu jsib xi ħaga li tgħaqqad lill-Egrant mal-Prim Ministru.
Din mhux l-unika darba li Dr Said Pullicino ried jagħti daqqa t’id lill-Partit Nazzjonalista. Meta kien Ombudsman u meta l-PN kien qed jispinnja l-ħrafa ta’
persons of trust
eċċessivi impjegati mal-Gvern, hu kien ħa l-inizjattiva, anki jekk ħadd ma talabhielu biex jagħmel rapport u jagħti opinjoni fuq il-
persons of trust
. Il-Gvern ma kellu l-ebda problema li jsir dan u ma sarx biss għax laħaq skada t-terminu tiegħu bħala Ombudsman. Imma Dr Said Pullicino baqa’ lura u ma ħassx li għandu jieħu inizjattiva biex jagħti opinjoni dwar
persons of trust
taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista li kien hemm żmien kienet teċċedi s-sitt mitt ruħ ftit qabel l-elezzjoni tal-2013.
Lanqas jittieħdu bħala kumbinazzjonijiet li mat-tmiem tal-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2013 persuna qrib ħafna u membru fis-Segretarjat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi inħoloqlu impjieg mal-Uffiċċju tiegħu tal-Ombudsman. L-istess membru tas-Segretarjat ta’ Gonzi li meta lil Dr Said Pullicino inġibditlu l-attenzjoni bil-fatti li dan l-impjegat ġdid tiegħu kellu kuntatt ma’ blogger u kien qed jgħaddi informazzjoni, baqgħet ma ttieħdet l-ebda azzjoni min-naħa tal-Ombudsman.
Lanqas jittieħed bħala kumbinazzjoni li minkejja li kien magħruf u nġibdet l-attenzjoni li l-Kummissarju għall-Ippjanar il-Perit Pace kellu kunflitt ta’ interess għax kien għadu abbinat ma’ kumpanija meta kien qed iservi fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, ma ttieħdet l-ebda azzjoni minn Dr Said Pullicino. Wieħed jifhem għaliex. Dan huwa l-istess Kummissarju li daħal bl-entużjażmu biex jipprova jtebba’ Segretarju Parlamentari ta’ din l-amministrazzjoni meta għamel applikazzjoni biex jibni daru bħalma jagħmel kulħadd imma ħass li m’għandux għalfejn juża l-istess kejl meta bil-provi, Membru Parlamentari mill-Oppożizzjoni ried jibni villa taħt l-Imdina flok kamra f’għalqa qalb l-għelieqi li jdawru taħt il-belt il-qadima.
Il-Gvern Laburista qatt m’attakka istituzzjonijiet għax jemmen fihom imma dan il-privileġġ ma jgħoddx għal min juża istituzzjoni jew l-isem tagħha biex iħarref u jipprova jxellef lill-Gvern Laburista.
Comments