top of page

November 2016 – Glenn Bedingfield

Archive
Nov 30, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fost ażjendi u konsumaturi Maltin u Għawdxin juri li, wara l-Budget 2017, il-livell ta’ ottimiżmu laħaq l-ogħla livell li ġie osservat f’pajjiżna fl-aħħar tmien snin. Fil-fatt, dan ix-xahar, l-indiċi tas-sentiment ekonomiku laħaq il-livell ta’ 115, jew 22% aktar mill-istess xahar fl-aħħar sena tal-amministrazzjoni preċedenti. Dan kien l-ogħla livell ta’ ottimiżmu osservat fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro.

Fl-istħarriġ ta’ Novembru, li sar fil-ġimgħat wara l-

Budget

, żdied l-ottimiżmu kważi fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. Kompla jispikka l-ottimiżmu fost l-operaturi fis-settur tas-servizzi, li għandhom livell ta’ fiduċja tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. Ħafna operaturi Maltin fil-qasam tas-servizzi sostnew li għandhom aspettattivi aħjar għax-xhur li ġejjin. Għalhekk qed ibassru li se jkomplu jżidu l-ħaddiema.

Anke fil-qasam tar-

retail

, il-maġġoranza tal-operaturi qed jistennew li fit-tliet xhur li ġejjin sejrin iżidu l-impjegati. Fl-industrija, il-kumpaniji qed jistennew titjib fil-produzzjoni fix-xhur li ġejjin wara t-tisħiħ fl-ordnijiet li kellhom fl-aħħar ftit xhur. Fil-fatt dawn għandhom ordnijiet biżżejjed għas-seba’ xhur li ġejjin, id-doppju tal-medja fiż-żona ewro. L-operaturi fil-qasam tal-manifatturaukoll qed jantiċipaw żieda qawwija fl-investiment tagħhom, liema żieda ser tkun l-akbar waħda osservata fl-Unjoni Ewropea, kważi għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea.

Fil-qasam tal-kostruzzjoni, skont maġġoranza tal-operaturi fis-settur, kien hemm żieda fl-attività u għalhekk ser iħaddmu aktar nies. Fil-fatt irrapportaw li għandhom xogħol b’lura għal erba’ xhur bħala medja.

Filwaqt li madwar l-Unjoni Ewropea jeżisti pessimiżmu fost il-konsumaturi, f’Malta l-familji komplew ikunu fost il-ftit fl-Ewropa li qed jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se tkompli titjieb fix-xhur li ġejjin. Il-maġġoranza ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ jaħsbu li l-qgħad ser ikompli jonqos fiż-żmien li ġej u l-ekonomija ser tkompli tissaħħaħ.

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jikkonfermaw kemm il-

Budget

li ħabbar il-Gvern intlaqa’ tajjeb mill-familji u n-negozji f’pajjiżna. Filwaqt li madwarna qed jikber is-sens ta’ inċertezza ekonomika, f’pajjiżna il-miżuri li qed jieħu l-Gvern qediwasslu f’aktar ġid li jasal għand kulħadd.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page