167,533: il-Gvern għandu maġġoranza soda u mandat li qed jitwettaq
Updated: Sep 21
Dan il-Gvern kellu, għandu u se jibqa’ jkollu maġġoranza soda matul din il-leġislatura. Għada fil-Parlament il-Gvern, magħqud, se jirbaħ vot ta’ fiduċja inekwivoku. Dan il-vot ta’ fiduċja għandu jkun aċċettat b’ umilta’.
Filwaqt li jgħati s-saħħa lil gvern biex ikompli jibdel lil pajjiż, se jkun vot ta’ fiducja fl-ogħla istituzzjoni ta’ Malta. Vot ta’ fiduċja, li kull min jemmen veru fid-demokrzija u fir-regoli tagħha, għandu jaċċetta u jirrispetta.
Jekk il-kliem tiegħu fuq demokrazija m’huwiex biss paroli, Simon Busuttil irid jifhem li ħadd ma għandu dritt divin imexxi lil pajjiż, wisq anqas hu u l-Partit tiegħu.
167,533 persuna taw il-mandat tagħhom lil gvern b’maġġoranza qawwija biex jiggverna għal ħames snin, u hekk se jagħmel.
Comments