180,000 f’xahar
Updated: Sep 21
Xahar ilu eżatt bħal-llum bdejt din il-website, l-10 ta’ Frar fl-10am. F’dan iż-żmien laħqet mal-180,000 li daħlu fiha f’xi ħin jew ieħor tal-ġurnata u bejniethom iġġeneraw aktar minn 300,000 views. Mhux kulħadd qed jieħu gost b’li qed nikteb u għalhekk kien hemm żewġ cyber attacks u mat-800 persuna li ippruvaw jaċċessaw is-site illegalment bla suċċess.
Fl-erba’ ġimgħat li għaddew sfajt fil-mira ta’ bosta attakki kemm fil-pubbliku u anke fil-privat b’diversi modi. Il-messaġġ tiegħi huwa li din il-website qiegħda hawn biex tibqa’.
Illum huwa wkoll anniversarju importanti ieħor. Tliet snin minn meta tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni f’Marzu 2013 ftit tal-ħin wara l-11am li Joseph Muscat ħabbar li l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni.
Mumenti li ma jintesew qatt.
Comments