top of page

Din għadha b’ħalqha magħluq dwar jekk hux qed titħallas għal xejn mill-flus tat-taxpayer Malti

Archive
Mar 27, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Għaddew aktar minn 24 siegħa u Therese Commodini Cachia għadha ma iddikjaratx kemm qed tattendi għall- lectures tal-Universita.

Skont il-ftehim kollettiv għall-istaff akkademiku, Commodini Cachia hija mistennija li tagħmel erba’ sessjonijiet ta’ erba’ siegħat fil-ġimgħa. Dan in-numru ta’ siegħat jinkludi tagħlim, riċerka, u xogħol akkademiku ieħor li jinkludi dak amministrattiv u xogħol professjonali.

Matul il-ġimgħa, Commodini Cachia tkun Brussell u f’Malta hija wkoll ix-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Normalment l-MEPs jaslu Malta il-Ħamis fil-għaxija. Għalhekk ikun tajjeb li Therese Commodini Cachia, li aktarx tkun Ministru tal-Edukazzjoni taħt Simon Busuttil tgħid hi jekk hux qed titħallas ta’ xejn.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page