Is-settur finanzjarju urtat għal David Casa
Updated: Sep 21
Nies li jaħdmu fis-settur finanzjarju, li mhux kollha huma Laburisti, urtaw ruħhom bil-kummenti li għamel David Casa mal-media Taljana li fihom ikkritika lis-settur finanzjarju Malti.
Dan għaliex, is-settur finanzjajru Taljan ilu ħafna jipprova jikkompeti mas-settur finanzjarju Malti. Infatti il-ġurnalista qallu li għandna trattament speċjali.
Naħseb li David Casa mhux qed jirrealizza kif taħdem l-Unjoni Ewropea għalkemm issa ilu ħafna snin fil-Parlament Ewropew.
David Casa forsi mhux jifhem li b’dik l-intervità li għamel jista’ jnafffar ħafna investiment fis-settur finanzjarju. Jekk l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li tħarrax il-leġislazzjoni Malta mhux b’anqas se tkun qed tbati minn hekk.
Nixtieq inkun naf kif se jivvota David Casa jekk jitla’ file bi proposta mill-Kummissjoni Ewropea meta niġu għal-leġislazzjoni finanzjarja.
Naħseb li qed iġib l-interess ta’ Simon Busuttil u sħabu qabel l-interess ta’ Malta.
Araw f’suq ħieles kemm qed jieklu Taljani minn Malta u rrealizzaw jekk tiġi sabiex jilleġislaw ikun hemm it-Taljani jaqbzu għall-Malta
Comments