top of page

#Abandonship, telaq l-Editur tan-Nazzjon

Archive
Mar 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-editur tan-Nazzjon Nathaniel Attard li ilu snin twal mal-PN se jħalli l-kariga tiegħu fl-istamperija fi ftit tal-ġimgħat oħra. Fil-fatt l-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu se tkun fis-26 ta’ April.

Meta l-PN qiegħed suppost iħejji għall-elezzjoni, numru ta’ nies qed jitilqu mill-istamperija għax m’humiex jaraw futur. Oħrajn bħal Matthew Bonett, Kelliem għal Simon Busuttil u Kap tal-Uffiċċju Informazzjoni qed jaraw kif jagħmlu biex jitilqu.

Nathaniel Attard ħassu mwarrab minn meta Fabian Demicoli ħa over in-newsroom ta’ Net TV. Ġurnalista ieħor li qed iħossu mwarrab huwa Alex Attard li minn Editur tan-Nazzjon, spiċċa editur tal-Parlament, kariga ġdida li onħolqot għaliex biex ikun jista’ jżomm il-grad billi bażikament, kull ma jagħmel Alex Attard illum hija li jirrapporta mill-Parlament.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page