top of page

Accountability? Commodini Cachia titħallas ta’ lectures li ma tattendix għalihom

Archive
Mar 31, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-MEP tal-PN Therese Commodini Cachia ukoll tħobb titkellem dwar l-accountability. Iżda qatt ma tgħid xejn dwar l-accountability fl-Universita. Evidenza li hija ppublikata fuq il-website tal-Universita, għax aqqas tistħi, taf li dawn l-affarijiet huma pubbliċi, inqabdet li mhux qed tattendi għal maġġoranza tal-lectures li suppost tagħti u titħallas xorta.

Commodini Cachia ma ħadmitx aktar minn 39 siegħa f’sena akkademika sħiħa mifruxin fu1 6 study-units. Dan meta suppost għandha lecturing load ta’ 98 siegħa. Dan ifisser li ma attendietx għal 60% tal-lectures li tħallset għalihom.

B’appointment ta’ TR4 fil-grad ta’ lecturer qed titħallas is-somma approssimattiva ta’ kważi €20,000 fis-sena. Bħala lecturer TR4 huwa meħtieġ illi tagħti erba’ sessjonijiet ta’ erba’ siegħat fil-ġimgħa. Issa din Commodini Cachia anqas tkun Malta matul il-ġimgħa.

Ix-xogħol tagħha, barra li jinkludi lectures, li issa sirna nafu li mhux qed tattendi għall-maġġoranza tagħhom, suppost ukoll illi tagħmel xogħol ta’ riċerka u xogħol akkademiku ieħor li jinkludi dak amministrattiv u professjonali. Dan jirriżulta mill-ftehim kollettiv għall-istaff akkademiku tal-Universita.

Bix-xogħol li għandha fi Brussell, li tkun hemm matul il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ħamis ma tistax tagħmel dan ix-xogħol kollu.

F’din il-ġimgħa baqgħet siekta meta mistoqsija tgħid dwar kemm tagħmel ħin ta’ xogħol fl-Universita. Għalhekk baqgħet ħalqha magħluq, għax taf li meta tmur tippontifika fuq l-accountability hi xejn m’hi accountable lejn l-Universita, lejn l-istudenti u lejn it-taxpayer li jħallasha biex suppost tagħllem lill-uliedna.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page