top of page

Addio l-etika, se jaraw kif jagħmlu lira

Archive
Mar 8, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-ewwel bkew lis-supporters biex jitilgħu il-Belt, issa qed jibkulhom biex jgħatuhom il-flus. Addio l-kwestjoni ta’ etika. Bħalissa qiegħdin darhom mal-ħajt u kollox jgħodd għaldaqstanr se jippruvaw jirkbu fuq il-karru ta’ din l-aħħar kontroversja li nqalgħat biex jiġbru l-flus ħalli jkollhom biex iħallsu l-ispejjeż.

Minkejja l-problema tad-dejn li għandhom, komplew għamlu aktar spejjeż bl-impieg ta’ Kap Eżekuttiv, żieda fis-salarju tas-Segretarju Ġenerali u l-impieg ta’ nies bħal Claudette Buttigieg u Michael Fenech Adami li m’għandhomx salarji żgħar. Rosette Thake weħidha għandha salarju ta’ kważi €60,000.

Għalkemm tneħħew numru ta’ nies minn impieg fiss u part-time fid-Dar Ċentrali ħalli jonqsu l-ispejjeż, l-ispiża tal-pagi żdiedet b’madwar €150,000 fis-sena li minn xi mkien iridu jiġu, għalhekk qed jerġgħu iduru fuq is-supporters.

L-ipokriti ilhom jgħidu li mhux sew ikollok kontijiet barra minn Malta, jew kumpaniji għaliex din m’hijiex etika, mhux sew, dawn l-affarijiet ma jsirux, m’hijiex good governance. Issa addio l-etika u minn dan kollu se jaraw kif idawwru lira.

Il-PN huwa l-uniku partit li qatt ma ta rendikont ta’ kif jintefqu l-flus. L-accounts tal-PN qatt ma kienu ippreżentati lil Kunsill Ġenerali u awditjati pubblikament.

Sa ftit taż-żmien ilu kellhom accounts li kienu jinkorporaw fihom il-partit sħiħ bħala struttura. Issa firdu l-accounts tal-media minn mal-accounts tal-partit.

Għalhekk meta jibdew idaħħlu l-flus mill-bejgħ tal-każini, dawn il-flus se jmorru għand il-partit biex ikunu jistgħu ikopru parti mid-dejn kbir li għandhom. L-istima tad-dejn akkumulat tal-PN matul is-snin huwa ta’ madwar €8 miljuni.

Mexxew il-partit fuq l-istess stil li kienu jmexxu l-gvern fejn ħallew warajhom dejn kbir. Fil-gvern biegħu l-assi tal-pajjiż u fl-oppożizzjoni qed ibiegħu l-assi tal-partit.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page