Aġevolat f’kollox, permess f’idu fi tliet ijiem
Updated: Sep 21
Beppe Fenech Adami ma jistax jgħid li ma kienx aġevolat mill-gvernijiet Nazzjonalisti u mill-MEPA stess. Dokument uffiċjali ieħor tal-MEPA juri kif l-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar imxiet miegħu b’ħeffa kbira meta mqabbel ma’ nies oħrajn.
Dan id-dokument jikkonferma mhux biss li l-applikazzjoni għal pool saret fuq art li hija ODZ, imma wkoll li meta ttieħdet id-deċiżjoni li jingħata permess, l-applikant, jiġifieri Beppe Fenech Adami kien innotifikat fi żmien tliet ijiem, meta normalment, nies komuni jieħdu x-xhur biex ikunu notifikati.
Kif jixhed dan id-dokument, li estratt tiegħu jidher hawn fuq, id-deċiżjoni tal-MEPA ittieħdet fit-22 ta’ Marzu 1999 u kienet f’idejn Fenech Adami, tliet ijiem wara, fil-25 ta’ Marzu 1999.
Comments