top of page

Aħbar falza u tixwix biex joħolqu konfront

Archive
Apr 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Permezz tal-Facebook qed tixxerred aħbar falza biex nhar it-Tnejn tinġabar folla quddiem il-Parlament biex jingħata appoġġ lid-Deputati Laburisti. DIN HIJA GIDBA.

Is-site li qed ixxerred dawn il-qlajjiet, bestoflabour.com hija website anonima ta’ nies qrib il-PN intiża biex ixxerred qlajjiet u aħbarijiet foloz.

Il-Partit Laburista fi stqarrija iddikjara li qed jappella lin-nies li m’għandhomx għalfejn jitilgħu il-Belt nhar it-Tnejn.

L-appoġġ ma jingħatax bit-tixjir tal-bnadar.

Tattiċi moqżieża ta’ partit li tilef kull sens ta’ raġuni għaliex qiegħed fl-Oppożizzjoni u bl-antikalji li reġa’ ddawwar bihom Simon Busuttil ma neħduhix bi kbira li dan b’dan it-tip ta’ tixwix.

Ma saru jinqalgħu għal xejn iktar milli biex ixewxu u jippruvaw jaqilgħu l-inkwiet. Jekk il-PN irid itella’ lin-nies tiegħu quddiem il-Parlament, dak affarihom u nħalluhom jiħħamallaw bejniethom bħalma għamlu quddiem il-Qorti nhar it-Tnejn.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page