Alban Thika ippoża wkoll ta’ diplomatiku fi Trade Delegation mal-President
Updated: Sep 21
Ir-right hand man ta’ Simon Busuttil fil-Parlament, Alban Thika, spjun Albaniż, kien ukoll ippoża ta’ Diplomatiku waqt li kien ma’ trade delegation ta’ Trade Malta takkumpanja lill-President ta’ Malta fl-Albanija.
Hu kien infiltra fid-delegazzjoni tal-President li marret l-Albanija fi Frar li għadda billi applika ma’ Trade Malta ġaladarba l-President ħadet magħha trade delegation biex ikunu esplorati l-possibiltajiet ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Persuni fil-business li akkumpanjaw lil President, qalu li Alban Thika kien ippreżenta lilu nnfisu bħala Diplomatiku. Sa din il-ġimgħa dawn in-nies ma kienux jafu x’kien fil-verita ta’ Alban Thika. Iżda wara li raw dan il-blog għamlu one-plus-one u ndunaw li ma kienx diplomatiku u ndunaw ukoll għaliex kien qed jgħamlilhom ħafna mistoqsijiet.
Mill-informazzjoni li għandi, l-ispjun Albaniż ta’ Simon Busuttil, kien beda jagħmel mistoqsijiet lil negozjanti biex jitkixxef jekk irnexxilhomx jagħmlu business u beda jippressahom biex jgħidulu jekk irnexxilhomx jagħmlu business bl-intervent ta’ xi politiku tal-gvern.
Illum, dawn in-negozjanti li tkellmu miegħi, u li ma jafux lil xulxin, qalu li indunaw x’kienet intenzjoni tal-Albaniż.
Meta tħares lejn il-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma ssib imkien li Alban Thika huwa rappreżentant tal-gvern Malti fl-Albanija jew viċe versa.
Comments