Allegazzjonijiet ta’ preferenzi fil-Festival tal-Kanzunetta Indipendenza
Updated: Sep 21
Bħal kull sena l-PN ikollhom il-festival tal-kanzunetta waqt il-festi tal-Indipendenza li din is-sena se jerġgħu imorru fuq il-Fossos tal-Furjana wara l-kritika li qalgħu is-sena li għaddiet.
Jidher li mhux qed jitrattaw lil kantanti kollha bl-istess mod għaliex skont email li rċevejt, għal x’uħud inbidlu r-regoli.
Din hija l-email li rċevejt:
Xtaqt naghddilek informazzjoni fuq il-konkors kanzunetta indipendenza li jorganizzaw tal-PN kull sena. Nhar is-sibt li ghadda kien hemm it-tieni fazi eliminatorja u li fiha skond ir-regolamenti l-kantanti kellhom ikantaw live biex jintazlu ghal finali. Min kien imsiefer jew ra kif jirranga l-flight jew ma hax sehem xejn. Imma dawn anki f’kanzunetta bil-preferenzi ghax kien hemm kantanta li kienet imsiefra u ggudikawa minn fuq l-iskype jew fuq is-cd u ghaddewla zewg kanzunetti ghal finali, tant li l-istess kantanta ftahret fuq il-facebook li waqt li qeghda msiefra ghaddewla zewg kanzunetti. Hemm ferment kbir fost il-kantanti li qalu li ma gewx trattati bl-istess mod, u li ma jridux jiehdu sehem izjed imma milli jidher baqa’ ghaddej kollox kif kien pjanant avolja pprotestaw.
Comments