top of page

“Anke fl-aħħar tad-dinja npattihielu” se jibdew bil-vendikazzjonijiet mill-Oppożizzjoni

Archive
Jul 6, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Dak qal li David Thake meta kien qed jitkellem ma’ Norman Vella fl-ajruport nhar il-Ħadd li għadda ifisser li bħalma diġa’ għamlu, se jerġgħu jibdew bil-vendikazzjonijiet. Bid-differenza li din id-darba l-vendikazzjonijiet se jibdew mill-Oppożizzjoni bis-saħħa tal-media.

Il-Ħadd filgħaxija Norman Vella bdielu d-diskors meta lil David Thake qallu “hemm x’għamlet it-tifla?” u Thake wieġbu “Anke fl-aħħar tad-dinja npattihielu”

Norman Vella faħħar il-qlubija ta’ David Thake u qallu “kemm ma tidejjaq minn ħadd int meta tkun fuq ir radio? Kemm għandek guts u kemm ma tibżax?” u Thake wieġeb li dak li jgħid hu jgħidu għax jemmen li hija l-verita u jitkellem fuq il-fatti.

Għal xi ħin kien hemm persuna oħra, uffiċjal ieħor tal-airport li kien ħdejhom, iddeskrivewh bħala raġel twil bil-mustaċċi u bin-nuċċali u staqsa lil Thake “veru se tirreżenja?” u biċ-ċajt kompla jgħidlu, “naf għaliex se tirreżenja għax se tiżżewweġ”.

Akkumpanjati minn Norman Vella, David Thake u George Galea marru Gate 11 biex jaqbdu l-flight għal Birmingham u kien hawn li Norman Vella qal lil Thake li kien offrut xogħol part-time u beda juri l-mobile tiegħu lil Thake u Galea biex jikkonfermalhom li kien offrut xogħol part-time.

Wara li fesfu fil-widnejn, reġa’ dar il-kliem fuqi u Thake baqa jinsisti li se jagħmel minn kollox biex juri min hu il-veru Glenn Bedingfield u li hu jista’ jagħmilha għax għandu il-media kollha warajh u għalhekk għandu s-saħħa li jgħamilha, il-kliem li uża l-kandidat tal-PN kien “għandna s-saħħa hemm”.

Bis-saħħa li David Thake qed jgħid li għandhom mal-media għax kollha warajhom, dawn mhux se jpattuha lili biss imma lil kull min b’xi mod għandu x’jaqsam mal-Labour. L-istess kif għamlu fl-1987 iżda din id-darba se jibdew ikissru lin-nies minn qabel.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page