Updated: Ann Fenech Panama Connection
Updated: Sep 21
Dnub tal-Abbatini. Illum kien żvelat li d-ditta legali tal-President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN Ann Fenech għandha konnessjoni mal-Panama u użat l-istess kumpanja legali f’dak il-pajjiż Mossack Fonseca li tant għamlu kjass dwarha, biex twaqqaf kumpaniji lura fl-2003.
Wara dak l-agħa u t-tgħajjir kollu, il-Fenlex ta’ Ann Fenech użat is-servizzi tal-istess kumpanija li l-PN ilu ġimgħa jgħajjarhom li jintużaw għal ħasil ta’ flus, jagħmlu xogħol għall-oligarki u nies kriminali. X’għarukaża.
Il-Fenlex Corporate Services Ltd bħala kumpanija Maltija tidher li hija direttur ta’ offshore companies mwaqqfa bl-għajnuna ta’ Mossack Fonseca u Ann Fenech ma kienetx taf. She was surprised!
So much so that she told Malta Today li meta twaqqfu l-kumpaniji fl-2003, il-Panama ma kienetx blacklisted.
She told Malta Today “Legal’s firm Panama connection has no bearing on me”. Oh good Lord. Illum sejra tipprotesta ma’ Simon Busttil li issa għandu problema x’se jgħid. Bejn il-bieraħ u llum kellu jbiddel partijiet mid-diskorsi tiegħu.
Illum għandu żewġ diskorsi wieħed fil-każin ta’ Bormla qabel jinbiegħ u l-ieħor fi Pjazza Kastilja li tant maqdru w ikkritikaw u issa se jużawha għal finijiet politiċi tagħhom.
In-Nazzjonalisti dejjem hekk kienu u se se jibqgħu, għajjurin, jaħsbu li huma esseri superjuri u ma jinbidlux.
X’kumbinazzoni Dr Fenech tikteb dan l-artiklu illum stess u titkaża b’Konrad Mizzi …
Comments