Apoloġija b’nofs qalb, il-Boċċa jgħajjar “Bitch” lil Ira Losco għax mingħalih kien qed jibgħat messaġġ privat u mingħalih li qed nemmnuh
Updated: Sep 21
Wara r-reazzjoni tal-manager ta’ Ira Losco li wieġeb għall-attakki tal-partitarji Nazzjonalisti Andrew Borg Cardona għamel apoloġija b’nofs qalb għax inqabad. Qal li kien mingħalih li qed jibgħat private message u mingħalih li qed nemmnuh.
Il-private message li mingħalih kien qed jibgħat kien indirizzat lil David Thake, il-portavuċi tal-PN fuq Radio 101 u fil-konversazzjoni fuq Twitter għajjar “bitch” lil Ira Losco u “motherfucker” lil Prim Ministru għax mingħalih li jekk Ira Losco tirbah il-Prim Ministru se jsejjaħ elezzjoni. Oħlom Boċċa.
Sewwa qallu Johann Cini, l-ewwel għajjartha “bitch”mbagħad iridna nemmnuh li jixtiqilha l-good luck. Ipokrita bla limitu u għamel apoloġija għax kien hemm kritika qawwija kontrih u kontra l-partit li jirrapreżenta.
Comments