top of page

Lanqas bilqiegħda fejn Simon Busuttil fil-Parlament ma jriduh, jerġa jikteb Simon Mercieca

Archive
Apr 22, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

It-Tieni artiklu fi ftit jiem minn naħa ta’

Simon Mercieca

kontra Mario de Marco fuq The Malta Independent online. Mericeca, reġa’ ħadha qatta’ bla ħabel kontra De marco u kontra l-PN li mhux qed jieħu azzjoni kontrih.

Wara l-artiklu, Kick De Marco Out, illum Simon Mercieca kiteb li ma jistax ikun li l-Viċi Kap jibqa’ fil-pożizzjoni tiegħu. Jargumenta li qed idgħajjef lil PN u l-kawża tiegħu u jerġa’ jirrepeti li jekk mhux se jieħdu azzjoni imeedjata kontrih, il-PN hu partit destinat għall-Oppożizzjoni. (diġa’ qed jaraw f’min se jwaħħlu sentejn qabel).

Jikteb ukoll li l-PN ma jistax ikun kredibbli f’De Marco mas-saqajn għaliex ħadd m’hu jemmnu u kif issa se jattakkaw lil Konrad Mizzi, il-gvern se jilgħab il-karta Mario de Marco u jwaqqa’ l-argumenti kollha ta’ Simon Busuttil.

Mercieca imur pass ieħor u jgħid li De Marco għandu jagħmel bħal Joe Casar u jitlaq mill-Parlament.

L-anqas bilqiegħda ħdejn Beppe u Simon ma jriduh. Għaliex dan l-attakk fuq De Marco?

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page