Aquilina person of trust ta’ Gonzi u fdat minn Simon
Updated: Sep 21
Lawrence Gonzi kellu fiduċja kbira f’Karol Aquilina u kien impjegah fl-uffiċċju tiegħu bħala person of trust. Fi żmien il-PN kien aċċettabbli li Ministeru jkollu person of trust. Anke part-time u mħallas bl-eluf ta’ ewro bħalma kien Karol Aquilina.
Illum il-kelma person of trust saret tebgħa.
Fuq medda ta’ ftit iktar minn 6 snin il-President tal-Kunsill Amministrattiv daħħal €125,000 ta’ xogħol part-time bhala person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Tax-xogħol li kien jagħmel mal-uffiċċju tal-Prim Ministru, li ma kienx jaqbeż il-25 siegħa fil-ġimgħa, Aquilina kien jitħallas €20,200 fis-sena.
Waqt li kien person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Karol Aqulina kien Viċi Sindku tal-PN fis-Siggiewi u anki President tal-Kumitat Amministrattiv tal-PN.
Illum huwa huwa is-Sindku tas-Siġġiewi, għadu President tal-Kunsill Amministrattiv u se jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali. Wieħed mill-kandidati favoriti ta’ Simon Busuttil anke jekk fil-jiem li għaddew waqqgħu għaż-żufjett meta nesa’ jdaħħal kawża fi żmien l-20 jum mitluba mil-liġi wara li għamel mandat biex iżomm lil gvern milli jneħħi billboards illegali.
Comments