top of page

Attakk fuq din il-website

Archive
Feb 28, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Xi ħadd tant tgħatu f’għajnu sew din il-website u matul il-lejl li għadda ipprova jiħħekkjaha tant li għal xi ħin kienet offline. Din kienet it-tieni darba li ġrat f’perjodu ta’ 15-il ġurnata.

Hawn min mhux mdorri li jkun ikkritikat u flok jiffaċċja l-kritika u lil min jiktibha, jistaħba wara kompjuter u jipprova jagħmel il-ħsara kif jaf hu, jew hi. Il-paladini tad-demokrazija ma jifilħux min jikkritikahom u jinqdew b’kollox biex jagħlqu ħalq min jitkellem.

F’25 sena il-PN u s-supporters tagħhom bnew sens ta’ superjorita u jaħsbu li ħadd ma jista’ jikkritikahom. Għad iridu jiġu f’tagħhom u jitgħallmu jkunu aktar tolleranti.

Din il-website se tibqa’ għaddejja, u jekk jirnexxilhom jiħħekkjawha, nagħmlu oħra.

Grazzi lil kulħadd tal-appoġġ.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page