Awguri studenti, qaltilkom Therese Commodini Cachia
Updated: Sep 21
Ix-Shadow Minister Nazzjonalista Therese Commodini Cachia qegħda tawgura lill-istudenti li se joqgħodu għall-eżamijiet tal-livell ordinarju w avvanzat. Ħaġa sabiħa.
Dawn l-istudenti għandhom ikunu jafu li jekk se jagħżlu liġi meta jkomplu l-Universita, li l-MEP Nazzjonalista tgħallem biss fl-ewwel semestru u ma tattendix għall-maġġoranza tal-lectures.
Fil-fatt fis-sena akkademika li għaddiet attendiet għal 39 siegħa biss mid-98 siegħa li suppost għamlet tgħallem. Dan sabiex l-istudenti jkunu nfurmati. U għandhom ikunu nfurmati wkoll li tħallset l-ammont sħiġ tas-salarju tagħha.
Sadanittant, ningħaqad magħha u nawgura lill-istudenti kollha l-aqwa affarijiet.
Comments