top of page

Basta fil-Partit tal-Avukati, lil Simon Busuttil ma tistax tafdah b’kawża

Archive
Jun 1, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-PN minn dejjem kien il-partit tal-Avukati, magħruf għalhekk u l-Kapijiet tiegħu dejjem kienu Avukati, anke l-Kap tal-lum huwa Avukat għalkemm ftit ħadem fil-Qorti u jidher li ma tantx jinqala’ fl-awla għax suppost kellhom jagħmlu kawża wara mandat li ppreżentaw u baqgħu ma għamluhiex.

Dak l-istorbju kollu li għamlu fuq l-Avviż Legali tal-gvern fuq billboards mhux liċenzjati biex minkejja l-paroli kollu li għamlu baqgħu ma fetħux il-kawża.

Il-PN kien iIppreżenta mandat ta’ inibizzjoni fost ħafna daqq ta’ trombi biex jgħid li l-gvern qed jhedded id-demokrazija u wara li nhar it-Tnejn li għadda skada ż-żmien biex jiftħu kawża kontra l-gvern baqgħu ma għamluhiex. Paroli.

Il-Liġi tistipula li 20 jum minn wara l-preżentazzjoni tal-mandat għandha tinfetaħ kawża, liema kawża baqgħet ma nfetħitx.

Skont il-liġi l-Artiklu 836 (8) tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta suppost li għandhom jeħlu multa. Nittama li l-Qorti tieħu nota ta’ dan il-fatt.

Aqqas ħaqq dak l-istorbju kollu li għamlu. L-anqas b’kawża ma tista’ tafdah lil Simon Busuttil mhux ta’ b’xejn li l-maġġoranza tal-poplu ma jafdawħx biex imexxi l-pajjiż.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page