top of page

Bdiet tintrebaħ il-ġlieda kontra l-faqar, tnaqqis fir-rata ta’ persuni f’faqar assolut

Archive
Apr 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fl-2015 pajjiżna ra tnaqqis qawwi fir-rata ta’ persuni f’faqar assolut. Statistika tal-Eurostat turi li, filwaqt li fl-2014 ir-rata ta’ persuni f’faqar assolut kienet 10.2% u ogħla mill-medja Ewropea, fl-2015 ir-rata naqset għal 8.1%.

B’hekk, ir-rata ta’ persuni f’faqar assolut f’Malta issa naqset taħt il-medja Ewropea. Matul l-amministrazzjoni preċedenti, ir-rata ta’ nies f’faqar assolut kienet irdoppjat minn 4.3% għal 9.2%. Bil-miżuri li se jieħu l-Gvern din is-sena, fosthom l-ewwel żieda reali fil-pensjonijiet f’ħamsa u għoxrin sena, il-ġlieda kontra l-faqar se tieħu spinta ġdida u aktar persuni se jingħataw id-dinjità li tixraqilhom.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page