top of page

Beirut kien hemm ukoll, jieħu hot-chocolate

Archive
May 7, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kumbinazzjoni Dun Joe Borg Beirut, kien il-Belt dalgħodu fl-istess ħin li kien hemm il-protesta tas-‘soċjeta ċivili’. Nsomma, għamel bħal eluf li jidħlu l-Belt kull nhar ta’ Sibt.

Għall-okkażjoni tal-lum neħħa l-kullar u sab, kumbinazzjoni l-aktar cafeteria qrib il-protesta biex jieħu hot-chocolate.

Dun Joe Borg jgħidulu Beirut għax meta l-Labour ikun fil-gvern iqabbel is-sitwazzjoni ta’ Malta ma’ dik ta’ Beirut u baqatlu hekk.

Huwa wkoll il-qassis li beda’ r-rewwixta kontra Mons Arċisqof Pawlu Cremona li kulħadd jaf x’xorti messithu. Dak ma kienx jindaħal fil-politika.

Min ġieli mar id-dar ta’ Dun Beirut f’B’Kara, fil-kċina kellu ritratt kbir tiegħu flimkien ma’ Eddie Fenech Adami fis-snin tmenin. Mhux ta’ b’xejn reġa’ tfaċċa llum.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page