Beppe Fenech Adami fi triqtu għall-Ingilterra
Updated: Sep 21
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami bħalissa jinsab fi triqtu lejn l-Ingilterra. Huwa ħalla Malta tard wara nofsinhar fuq titjira KM102 lejn Heathrow.
Dan l-aħħar Beppe Fenech Adami kien fl-aħbarijiet mhux minħabba l-proposti li ħareġ bihom f’isem il-PN bħala gvern alternattiv, iżda minħabba li kien aġevolat b’deċiżjonijiet li ħadu amministrazzjonijiet preċedenti u li permezz tagħhom bena palazz li jiswa l-miljuni.
Beppe Fenech Adami għadu ma jridx jippublika dokumenti u ma jridx jissoġġetta ruħu għal audit biex jgħid kif għamel il-miljuni mill-professjoni tiegħu ta’ avukat modest f’Birkirkara.
Comments