Beppe Fenech Adami: Jigdeb min jinsab dahru mal-ħajt
Updated: Sep 21
Minn xiex qed jibża’ Beppe Fenech Adami l-onest? Ir-reazzjoni li ta l-Viċi Kap Nazzjonalista tqajjem bosta mistoqsijiet iżda l-aktar mistoqsija pertinenti tibqa’, Beppe Fenech Adami, minn xiex qed jibża’?.
Bi stil tipikament tiegħu, b’ħafna kliem estrem u sintomatiku ta’ politiku
bitter
bħal Kap tiegħu, Beppe Fenech Adami nfexx f’attakk fuq ħaddieħor flok wieġeb fuq il-każ tiegħu li huwa wieħed mill-aktar serji.
Flok wieġeb dwar kif se jaġixxi wara li tkellem b’tant passjoni fuq id-Diretturi ta’ kumpaniji
fiduciary
fl-istess ġurnata li kien żvelat li fiż-żmien li Fenech Adami kien wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija
Baltimore
, din il-kumpanija ddepożitat fuq medda ta’ 4 snin, aktar minn €5miljuni f’kontijiet tal-
Bank of Valletta
f’isem
Capitalone
l-kumpanija tal-persuna fiċ-ċentru tal-każ.
Jagħmel tajjeb li flok jattakka lil ħaddieħor Beppe Fenech Adami jwieġeb u jispjega.
Comments