Beppe Fenech Adami jinqeda bil-PL biex jattakka lil Simon Busuttil
Updated: Sep 21
Waqt li l-Partit Laburista qiegħed jikkritika lil Kap tal-Oppożizzjoni għaliex meta kien fil-gvern ma ġġilidx il-korruzzjoni, il-bieraħ, Beppe Fenech Adami żied ma’ din il-kritika u qal li “Min ma jiġġilidx il-korruzzjoni huwa kodard”.
Għalkemm jidher li qal hekk biex jattakka lil Partit Laburista u lil Joseph Muscat, uża kważi l-istess frażi li kien uża missieru meta qal li “Min ma jiġġilidx il-korruzzjoni huwa korrot ukoll” u li kienet ikkwotata mil-Partit Laburista fil-jiem li għaddew biex jikkritika lil Simon Busuttil talli meta kien parti mill-gvern ta’ GonziPN u kien iffaċċjat b’każi serji ta’ korruzzjoni, fejn kien hemm il-provi, Simon Busuttil ma għamel xejn.
Kemm fil-każ tal-iskandlu dwar ix-xiri taż-żejt u kemm dwar il-works for votes ta’ Għawdex, fejn il-Kap tal-PN kien involut fis-sens li l-kuntrattur li kien tqabbad jagħmel ix-xogħol fil-privat u jitħallas mit-taxxi tagħna mar għand Simon Busuttil, ma kienx irrapporta lil Pulizija u minflok Busuttil kien qallu “il-għala għamilt ix-xogħol meta kont taf li se nitilfu l-elezzjoni?”
B’dak li qal Beppe Fenech Adami l-bieraħ fil-Mosta laqat żewġ għasafar b’ġebla waħda. Inqeda b’Joseph Muscat biex jikkritika lil Simon Busuttil li bħalissa qed jidher dejjem aktar dgħajjef f’għajnejn il-PN u l-poplu Malti.
Beppe Fenech Adami qiegħed ukoll jinsisti fuq kampanja agressiva li qed iddaħħal lil Simon Busuttil fil-ħajt.
Comments