top of page

Beppe Fenech Adami jitkaża bi gvern li jiltaqa’ ma’ dittaturi

Archive
May 26, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kemm ħambaq il-bieraħ Beppe Fenech Adami u tkaża bil-gvern li jiltaqa’ mad-dittaturi. Kien hemm Deputat tal-Oppożizzjoni li saħansitra qal li Keith Schembri uża l-istess bank li uża Ben Ali tat-Tuneżija id-dittatur li ħakem fuq il-pajjiż għal ħafna snin sakemm il-poplu qam kontrih.

Ma nafx jekk kienx Fenech Adami nnifsu li qal hekk, imma kien hemm xi ħadd minnhom li saħansitra għamel referenza għall-ex mexxej Tuneżin.

Ma tafux min hu Ben Ali? Dak li jidher fuq fir-ritratt ma’ Eddie Fenech Adami waqt li qed jispezjonaw il-gwardja tal-unur. Għax dittatur ukoll b’xortih man-Nazzjoanlisti.

Jekk tkun dittatur fi żmienhom tkun dittatur tajjeb. Kif tinqaleb il-folja u jkun hemm il-Labout fil-gvern, id-dittatur tajjeb isir xitan.

Hekk ġralu Aliyev tal-Azerbaijan li f’dan ir-ritratt jidher mal-Prim Ministru Gonzi f’laqgħa li ż-żewġ mexxejja kellhom fi żmien amministrazzjoni preċedenti.

U Gaddafi daqs kemm kien ħażin bejn l-1971 u l-1987!

F’daqqa waħda sar dittatur tajjeb.

U baqa tajjeb sal-aħħar, għax Lawrence Gonzi kien l-aħħar Prim Ministru tal-punent li ltaqa’ miegħu qabel il-poplu qam kontrih.

U llum reġgħu saru kollha ħżiena.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page