top of page

Beppe Fenech Adami jrid jagħżel min jivvota fost iċ-ċittadini Maltin

Archive
May 18, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Bħalissa fil-PN hemm min qed jiġbed naħa u min oħra. Meta l-gvern daħħal l-Individual Investment Programme kienet saret kruċjata sħiħa f’Malta u barra kontra dan il-programm li diġa’ ġab miljuni lejn Malta.

Il-gvern Malti għandu l-uniku programm ta’ ċittadinanza b’investiment approvat mill-Kummissjoni Ewropea tant li pajjiżi oħra qed iħarsu lejh bħala mudell.

Meta qamet il-kontroversja Simon Busuttl qal li kien se jirtira kull passaport ġdid taħt dan il-programm, mbagħad kien qisu aċċetta u qal li jrid jara meta jkun fil-gvern. Imma issa tkellem Beppe u għaldaqstant, reġa’ ħa lura b’sentejn l-pożizzjoni tal-PN.

Issa qed iżeffnu fin-nofs l-elezzjoni ġenerali u jgħidu li “vot lill-barranin bi prattiċi korrotti”. Fejn qegħda il-korruzzjoni, jista’ jispjega Beppe Fenech Adami?

Donnu li ma jafx x’inhu l-kunċett ta’ ċittadinanza. Qed jallega li madwar 100 barranin xtraw ċittadinanza u se jkollhom id-dritt tal-vot u din hija korruzzjoni.

Mela għandna lil Kummissjoni Ewropea li tant ħolom biha qabel dħalna fl-Ewropa qed tgħid għandna programm tajjeb ta’ ċittadinanza b’investiment u tgħatna il-go ahead biex nagħmluh u Beppe Fenech Adami qed jgħid li dawn huma prattiċi korrotti.

Mbagħad jgħid li dawn il-barranin li saru ċittadini Maltin m’għandux ikollhom dritt tal-vot. Mela tajjeb, issa Beppe Fenech Adami irid jgħażel min jivvota minn fost iċ-ċittadini Maltin. Għaliex ġaladarba, l-Viċi Kap tal-PN irid jagħżel li jħalli barra ċittadini Maltin milli jivvotaw, x’garanzija għandna li l-għażla tiegħu tkun ġusta?

B’dan l-argument Beppe Fenech Adami qiegħed ukoll jibda jeskludi lil dawk il-barranin li jkunu miżżewġin Maltin.

Sa issa għadu ma qal xejn kontra l-fatt li immigranti u jew refuġjati li jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija ikollhom id-dritt tal-vot.

Għaliex kull min hu ċittadin Malti għandu dritt jivvota u dan il-prinċipju m’għandu jnbidel qatt.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page