Beppe Fenech Adami qed jimplika lil Ann Fenech u Nazzjonalisti oħra fil-korruzzjoni
Updated: Sep 21
Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qed jimplika numru ta’ Nazzjonalisti fil-korruzzjoni. Meta jitkellem dwar l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment, Fenech Adami qed jgħid li dawk li qed jieħdu sehem f’dan il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment se jkollhom id-dritt tal-vot bi prattiċi korrotti.
F’kelma waħda qed jgħid li madwar 100 persuna li ħadu sehem f’dan il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment approvat mill-Unjoni Ewropea ħadu ċ-ċittadinanza bil-korruzzjoni u m’għandhomx dritt għal vot għax ma għamlux 6 xhur fl-aħħar 18-il xahar jgħixu f’Malta.
Issa, fost dawk li hemm bħala intermedjarji u li jaġixxu ta’ aġenti f’dan il-programm hemm il-President tal-PN Ann Fenech permezz tad-ditta legali Fenech & Fenech. Hemm L-avukat Peter Fenech tad-ditta legali IURIS, sieħeb Simon Busuttil.
Hemm ukoll l-EMD ta’ oħt Richard Cachia Caruana li wkoll jaħdem magħhom bħala konsulent. Hemm GVTH li ta’ George Hyzler u Joe Zammit Meample, ħaten Austin Gatt.
Just to mention a few, kif jgħidu bl-Ingliż. Dawn kollha huma aġenti ta’ Identity Malta, l-entita governattiva li tmexxi l-proċess ta’ dan il-programm li pajjiżi barranin, inkluż gvernijiet Ewropej qed iħarsu lejh bħala mudell ta’ kif għandu jitħaddem f’pajjiżhom.
Jekk dan il-programm għandu prattiċi korrotti, allura dawn msemmija hawn fuq u oħrajn magħhom qed jipparteċipaw fil-korruzzjoni, qed jimplika Fenech Adami.
X’se jagħmel Simon Busuttil? Li ma jaċċettax miegħu politiċi bi prattiċi korrotti?
Beppe Fenech Adami tefa’ lil Simon Busuttil fi sqaq.
Comments