Beppe f’Ħal Qormi ma’ Carol Aquilina
Updated: Sep 21
Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami, is-sid tal-Palazz tal-Għargħur dalgħodu kien qiegħed jikkanvażja lil Carol Aquilina f’Ħal Qormi. It-tnejn li huma daru bosta każini tal-lokal f’mossa biex jipprova jissaħħaħ mal-egħruq tal-partit fi żmien meta qiegħed f’nofs skandlu.
In-nies ta’ Clyde Puli xejn ma ħadu gost bil-preżenza ta’ Beppe Fenech Adami flimkien ma’ Carol Aquilina li għadu kif ħabbar il-kandidatura tiegħu fuq is-6 Distrett. Il-Viċi Kap qed jappoġġja fil-miftuħ lil Aquilina, is-Sindku tas-Siġġiewi.
CarolaAquilina kien irrifjuta li jidħol għall-biċċa xogħol li jikkordina l-messaġġ tal-partit biex jikkonċentra fuq id-distrett. Biċċa xogħol li daħal għaliha Clyde Puli.
Comments