top of page

Bezzilsson Seħithom

Archive
Jul 3, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Iceland kellhom tournament eċċellenti sakemm il-Ħadd filgħodu semmihom Simon Busuttil. Il-Ħadd filgħaxija lagħbu kontra Franza u balleċ qalgħu 5. Ma kienux għadhom qalgħu dawk il-goals kollha fl-erbgħa logħbiet li lagħbu u qalgħuhom f’logħba waħda.

Busuttil daqt jieħu l-fama li kellu Eddie Fenech Adami li kien jisħet lil politiċi li kien jiltaqa’ magħhom. Kienu jiltaqgħu miegħu u jispiċċaw. Xi darba nagħmel lista tagħhom.

Apparti li beżżel lil Iceland, il-previżjonijiet ta’ Busuttil m’humiex ta’ min jorbot fuqhom. Kien qal li l-Labour iġib il-qagħad u għandna l-anqas rata ta’ qagħad f’erbgħin sena u kien qal ukoll li taħt gvern Laburista, Malta tmur għal bailout u llum għandna it-tieni l-aqwa ekonomija fl-Ewropa.

Fil-football ma aħniex ma’ ta’ fuq fl-Ewropa, imma fl-ekonomija qegħdin mal-aqwa.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page