Bezzina qed iħalli lil Schiavone jegħreq
Updated: Sep 21
Fil-kwestjoni tal-Freeport Toni Bezzina mhux qed jiftaħ ħalqu bħala Deputat tad-Distrett, qed iħalli lil kompetitur tiegħu Hermann Schiavone jegħreq. Bezzina jaf li Schiavone għamel foul kbir meta vvota kontra mozzjoni tal-Kunsill Lokali dwar l-espansjoni tal-Freeport.
Billi l-PN diġa’ kkommetta ruħhu mal-Freeport dwar l-espansjoni, Bezzina qed jara kif ma jinqabadx fil-kritika tal-kostitwenti tiegħu.
Bezzina għandu biżżejjed fuq x’hiex jaħseb fl-investigazzjoni li għaddejja dwar l-abbużi li wettaq fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Xi ġimgħat ilu l-Pulizija talbet il-proċess tal-kawża li kien hemm quddiem il-Qorti li fiha kien ikkonfermat li Bezzina abbuża minn fondi pubbliċi meta bgħat ħaddiema tal-gvern jaħdmu fi propjeta tal-PN u wara ġiegħelhom jieħdu ġurament falz.
Fiż-żmien, ukoll kien hemm allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Hermann Schiavone f’ittra li kienet intbgħatet lil Eddie Fenech Adami u lil Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien.
Wara l-allegazzjonijiet Schiavone ma kienx tħalla jikkontesta l-elezzjoni u telaq minn Malta għal perjodu ta’ żmien. Uffiċjalment, kien mar jistudja l-Ingilterra.
Comments