Biex inkunu nistgħu nqabblu iż-żewġ attivitajiet
Updated: Sep 21
Ir-ritratt ta’ fuq huwa tal-attivita tal-Partit Laburista il-bieraħ l-1 ta’ Mejju, waqt li r-ritratt ta’ taħt huwa l-attivita tal-PN fl-istess post.
Id-differenza hija ċara u qegħda quddiem għajnejn kulħadd. Il-Partit Laburista organizza attivita tradizzjonali għall-1 ta’ Mejju waqt li l-PN organizza protesta nazzjonali fejn kien qed jistenna ħafna aktar nies minn hekk la kienet attivita nazzjonali.
L-Independent kienet qalet li eluf ta’ nies attendew għal protesta kontra l-gvern, illum qed taħbi l-fatt li eluf ta’ Maltin u Għawdxin attendew għal din il-manifestazzjoni.
Mbagħad ħallew kummenti ta’ nies jgħajjru lil dawk kollha li attendew. Fost l-oħrajn kien hemm kummenti bħal “qatt ma bsart li f’Malta hawn daqshekk ħamalli u injoranti” u li kollha f’daqqa dawk li attendew ma jtellgħux IQ ta’ 100.
Fil-ħarġa tagħha llum, l-Independent ġabet ritratt li ma jirriflettix l-ammont ta’ nies li attendew biex tipprova taħbi l-fatt li Joseph Muscat igawdi ħafna aktar fiduċja minn Simon Busuttil.
Comments