top of page

Biex qed jiskanta l-Arċisqof? Malta mimlija simboli falliċi

Archive
Aug 8, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Bħalma ma qabilx fuq ħafna deċiżjonijiet meħuda f’din il-leġislatura, l-Arċisqof Charles Scicluna ma qabilx mad-deċiżjoni dwar il-permessi li ngħataw għal bini ta’ erba’ torrijiet fl-Imrieħel u ta’ Sliema. Fi Tweet sejħilhom tempji ta’ Priapus li kien Alla tal-Fertilita.

Bħas-soltu kellu kelma waħda “shame” li jużaha għal ħafna affariiet b’rabta ma’ dan il-gvern u magħha din id-darba daħħal il-pene fin-nofs!

Jidher li l-Arċisqof Scicluna m’huwiex daqshekk intiż fuq l-istorja ta’ Malta għax kieku ma kienx ikollu għalfejn isemmi Allat Griegi li ġew eluf ta’ snin wara l-Allat tal-Fertilita f’Malta. Pajjiżna għandu storja kbira li tmur lura eluf ta’ snin.

Din il-fisazzjoni bil-vizzji li għandu l-Arċisqof ma tagħmel tajjeb lil ħadd. Diġa kien tkellem fuq Las Vegas (belt kapitali dinjija għal logħob) meta kienu għadhom qed isiru provi tad-dawl għall-faċċata ta’ Kastilja u wara li tlestew l-anqas biss fetaħ ħalqu biex jgħid li ġew sbieħ; issa qed isemmi tempji tal-bilbla u xita laqmijiet oħra għal dil għodda għall fertilita imma li ukoll tista’ tkun għodda għaż-żina.

L-aktar simbolu falliku popolari u kontroversjali f’Malta huwa l-monument ta’ Ħal Luqa (ritratt fuq) mbagħad hemm oħrajn bħal dak li hemm San Ġwann quddiem il-kappella ta’ Santa Margerita fejn ikun espost Ġesu Sagramentat miftuħa 24 siegħa kull jum.

Fil-mużew tal-Arkeoloġija hemm esposti ukoll simboli falliċi u eretti!

Waqt li fid-daħla ta’ Ħaġar Qim hemm hemm ġebla kbira (fir-ritratt tidher fuq ix-xellug) li hija forma ta’ pene kbir.

Ħafna agħa fuq id-deċiżjoni tal-Awtorita tal-Ippjanar għaliex f’Ta’ Sliema se jinbena torri fil-post fejn kien hemm il-Union Club li twaqqa’ fuq deċiżjoni tal-MEPA fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti. Twaqqa’ biex minfloku jsir propett ta’ appartamenti.

Meta twaqqa’ l-Union Club ħadd ma tkellem. Fejn kienu tal-ambjent?

Ħafna mill-bini li kien hemm f’Ta’ Sliema twaqqa’ biex minflok, matul is-snin telgħu blokki ta’ apprtamenti. Ħafna minn dan il-bini kien ta’ familji Slimiżi li waqqgħu darhom u bnew appartamenti li minnhom qalgħu kemxa flus.

They lined their pockets with gold and in some cases, ruined the view ukoll.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page