top of page

Bil-Boċċa u Simon jridu jibnu fiduċja ġdida fil-politika

Archive
Apr 14, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Bħal għada ġimgħa fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Raħal Ġdid se jiddiskutu kif għandna nibnu fiduċja ġdida fil-politika. Il-mistednin huma Jason Azzopardi, Roberta Metsola u Andrew Borg Cardona.

Jekk hawn xi ħadd li tilef il-fiduċja tan-nies huwa appuntu Simon Busuttil li minkejja li qiegħed fl-Oppożizzjoni u għaddej b’kampanja qalila u feroċi kontra l-gvern, għadu jgawdix il-fiduċja tal-maġġoranza tan-nies, għax ma tafdaħx.

F’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar, Joseph Muscat dejjem igawdi iktar fiduċja minn Simon Busuttil. u issa biex jippruvaw ‘jibnu fiduċja ġdida’ stiednu lil Andrew Borg Cardona biex jitkellem. Dak li fi tliet snin ta’ dan il-gvern tilef ftit anqas minn kwart ta’ miljun ewro f’konsulenza u xogħol ieġor tal-gvern u jitfaħar li għandu DNA differenti minn tal-Laburisti.

L-ieħor li sejjer jitkellem dwar il-fiduċja hu Jason Azzopardi li l-fiduċja fih ukoll qabdet it-triq tan-niżla. Dawk li ndaħal għalihom qabel l-elezzjoni biex irranġaw il-pemress mad-Dipartiment tal-Artijiet għad għandhom fiduċja għamja fih minkejja li l-uffiċċju tal-Awditur Nazzjonali kien ikkundannah talli ndaħal fejn ma jesaħx biex ħadu l-permess.

Mbagħad biex jagħlaq id-diskussjoni se jmur Simon Busuttil. Għandu ħafna x’jitkellem fuq il-fiduċja li tilef. Espert ta’ kif in-nies titlef il-fiduċja f’politiku. Min hu aħjar minnu biex jitkellem fuq dan is-suġġett?

Pawlisti, lestulu parking, għax ma jħobbx jimxi.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page