top of page

Bil-Labour fil-gvern ġa tilef man-nofs miljun ewro fi dħul

Archive
Apr 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

X’ma jerġax jidħol fil-PN biex jiddistabblizza lil gvern. Fit-tliet snin li għaddew Richard Cachia Caruana tilef man-nofs miljun ewro mid-dħul li kellu taħt il-PN. Minn kemm ilu li spiċċa minn Ambaxxatur. sena qabel l-elezzjoni, tilef €600,000.

Huwa kellu dħul ta’ madwar €150,000 kull sena barra allowances u perkaċċi oħra li kien jinsisti fuqhom billi huwa Richard Cachia Caruana, l-aktar politiku b’saħħtu fil-Partit Nazzjonalista mill-1977 ‘l hawn.

Richard Cachia Caruana daħal fil-PN wara li Michael Frendo introduċih ma’ Eddie Fenech Adami ftit wara li ġġakbina lil Gorg Borg Olivier u nħatar Kap. Malli fl-1987 il-PN rebaħ l-elezzjoni, Cachia Caruana kien person of trust fl-amministrazzjoni ta’ Fenech Adami f’pożizzjoin ta’ Personal Assistant.

Wara l-1998 innegozja d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u għalkemm ma rnexxilux ikun l-ewwel Kummissarju Ewropew Malti kif xtaq, Cachia Caruana beda jmexxi Dar Malta fil-akriga ta’ Ambaxxatur bħala r-rappreżentant tal-gvern Malti fi Brussell.

Titlu li insista li jibqa’ jżomm anke wara li kien sfiduċjat mill-Parlament. Illum qed imexxi l-kampanja tal-PN u nvolva ruħhu f’kumpanija jisimha EMD li fiha hemm involuta wkoll oħtu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page