top of page

Bl-istandards ta’ Simon Busuttil, Louis Farrugia korrot – FIAU please take note

Archive
May 13, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Louis Farrugia ta l-istess raġunijiet ta’ Konrad Mizzi il-għala fetaħ il-kumpanija tiegħu fil-Panama, kien PEP (Politically Exposed Person) matul iż-żmien li kellu l-kumpanija miftuħa għaliex okkupa diversi karigi f’bordijiet governattivi fosthom fl-AirMalta u l-MITA

Huwa kien ukoll iċ-Chairman tal-Farsons, Liquigas Malta Ltd u Farrugia Investments Ltd fost oħrajn bħala interessi privati tiegħu.

Fi kliem Simon Busuttil u bil-kejl li-fassal hu, ċertament ma nistgħux nemmnu li għal għoxrin sena Louis Farrugia kellu biss id-dar tiegħu fl-Ingilterra mpoġġija fit-tali kumpanija fil-Panama. Ċertament, dejjem skond Simon, mhux kredibbli li Louis Farrugia nefaq dawk il-flus kollha sempliċiment biex ipoġġi l-propjeta privata tiegħu fiha.

Jkollna ghalhekk nistaqsu:

• Jekk kellux kontijiet bankarji f’din il-kumpanija u fejn kienu miftuħa?

• Jekk qatt poġġiex flus fiha?

• Jekk iddikjarax li kien PEP meta fetaħ il-kumpanija?

• Jekk iddikjarax il-kumpanija ma’ l-awtoritajiet Ingliżi u Maltin?

• X’iddikjara liema ser ikunu l-iskopijiet tal-kumpanija?

• Min assistieh jiftaħ il-kumpanija?

Dawn huma biss mil-ftit mistoqsijiet li ġurnalisti serji suppost qegħdin jagħmlu lil Louis Farrugia. Imma tantx tittamaw li se jagħmlu hekk għax Louis Farrugia huwa Nazzjonalist u l-ġurnalisti serji, l-aktar dawk tat-Times ma’ jagħmlux dawn it-tip ta’ mistoqsijiet lin-Nazzjonalisti.

Jista jkun ukoll li dawn il-mistoqsijiet ma jsirux għax Louis Farrugia huwa non-executive director ta’ Allied Group, il-kumpanija li tmexxi t-Times.

Anzi, tat-Times mhux se jgħidu li kien Louis Farrugia nnifsu li fuq instiġazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia permezz tal-artikli tagħha, insista li Adrian Hillman jitneħħa minn diriġent tat-Times u nhieda inkjesta fejn wieħed mill-membri tal-Bord tagħha, Kevin Valencia, jgħin lill-klijenti tiegħu jiftħu jumpaniji offshore ukoll.

Il-Bord tat-Times ħa jitlob għal inkjesta fuq Louis Farrugia? U Zgur li le.

Imma dak li mhux ser tagħmel it-Times, nispera li ser jagħmlu l-awtoritajiet. Nispera li tat-Times jinvestigaw l-attivita sħiħa ta’ Louis Farrugia u tal-Kumpaniji kollha tiegħu.

Nispera li l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) se tinvestiga kienx hemm ħasil ta’ flus f’dan kollu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page