
Bla preċedent, għax ħadd minn tal-PN ma għamel apoloġija bħal Konrad Mizzi
Updated: Sep 21
Ħadd mill-Ministri tal-PN involuti fi skandli kbar ma għamel apoloġija. Għalhekk dan hu gvern differenti. Il-Ministru Konrad Mizzi illejla għamel apoloġija lil poplu Malti meta tkellem fid-dibattitu waqt il-mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet kontra tiegħu mid-Deputata tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia.
X’differenza mill-gvern ta’ qabel! Ma tispiċċa qatt il-lista twila ta’ każi li kienu nvoluti fihom il-Ministri ta’ amministrazzjonijiet preċedenti u ħadd minnhom qatt ma għamel apoloġija.
Sal-lum stess għadhom jitkellmu bl-istess arroganza li kienu jitkellmu biha meta kienu fil-gvern. Ma jistgħux jidraw li qegħdin fl-Oppożizzjoni u s-sens ta’ superjorita li ħakem lin-Nazzjonalisti f’25 sena iwassalhom biex jaħsbu li jistgħu jgħidu li jridu.
Lista twila ta’ skandli f’kull qasam tal-ħajja, saħansitra kien hemm min ammetta korruzzjoni fil-Qorti u ħadd qatt ma refa’ responsabbilta politika jew mqar biss talab apoloġija lil poplu Malti.
Comments