top of page

Bonello għandu kariga daqs ta’ ġudikant

Archive
Apr 15, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Vanni Bonello jippresjedi taħt l-art 8 tal-Kapitlu 537, li hija l-Liġi ġdida dwar d-Drogi, jippresjedi d-Drug Offenders Rehabilitation Board u f’din l-vesti jipparteċipa fil-proċess ġudizzjarju u d-deċiżjonijiet tiegħu jimpinġu direttament fuq d-deċiżjoni ġudizzjarja f’każijiet sensittivi tad-drogi li jistgħu iġibu piena sa għaxar snin priġunerija. L-kawżi tad-drogi huma uħud mill-aktar kawżi sensittivi f’dan l-pajjiż kemm minn natura tagħhom kif ukoll minħabba l-ammont ta’ ħabs li dawn l-kawżi iġibu magħhom.

Fil-fatt l-Qorti tal-Maġistrati taħt l-istess art 8(1) għandha tirreferi ċerti każijiet tad-drogi lil dan l-Board presjedut minn Vanni Bonello u d-deċiżjoni ta’ dan l-Board tista tiddetermina jekk persuna eventwalment tkunx ikkundannata ħabs jew le u huwa f’dan s-sens li Vanni Bonello bħala l-persuna li tippresjedi dan l-Bord tipparteċipa fil-process ġudizjarju u fil-fatt fis-sentenza finali tinkorpora ukoll f’ċerti kaijiet d-deċiżjoni li jkun ħa Bonello fid-Drugs rehabilitation Board.

MItlub jikkummenta mit-Times dwar il-preżenza tiegħu f’attivita partiġġjana, Vanni Bonello qal li hu m’huwiex membru tal-ġudikatura, qatt ma serva ta’ ġudikant f’Malta u m’hu jagħmel xejn li jikser ir-regoli.

Madankollu il-kariga li għandu bħala president tal-bord tad-Drug Offenders Rehabilitation, qiegħed jipparteċipa fil-process ġudizzjarju tant li d-deċiżjoni tiegħu għandha piż fuq s-sentenza finali tal-Qorti.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page