Bonett jikxef id il-PN dwar x’jaħseb fuq konsultazzjoni pubblika
Updated: Sep 21
L-Uffiċċju Informazzjoni tal-PN aktar famuż għall-iżbalji li jieħu milli għax-xogħol li jagħmel. Il-Kap ta’ dan l-uffiċċju, Matthew Bonett se jkun il-Kap tal-Komunikazzjoni meta Simon Busuttil ikun Prim Ministru. Dan Bonett iqis il-konsultazzjoni pubblika bħala gimmick.
F’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li issa qiegħed fit-tielet sena tiegħu ħadu sehem eluf ta’ nies, inkluż unions, rappreżentanti tas-soċjeta ċivili, imsieħba soċjali u stakeholders oħra. Lil dawn qed jgħidilhom li pparteċipaw f’farsa u iktar minn hekk il-messaġġ huwa li l-PN ma jemminx fil-konsultazzjoni għax jaħseb li hija gimmick.
L-inizjattiva ta’ konsultazzjoni pubblika kull sitt xhur kienet imwegħda fil-programm elettorali u qed issir kull 6 xhur, u kulħadd jista jaqbad u jattendi bla ebda kontrolli.
Bonett jippreferi li l-affarijiet għadhom isiru bħal qabel. Gvern jiddeċiedi kollox waħdu anke b’nofs siġġu maġġoranza fil-Parlament. Lawrence Gonzi kien jgħid, “jien il-gvern, niddeċiedi jien”.
Comments