Bonett kien diġa ipprova jitlaq ftit wara li laħaq Simon Busuttil
Updated: Sep 21
L-aħbar fuq it-Torċa tal-ġimgħa li għaddiet li l-portavuċi ta’ Simon Busuttil u Kap tal-Uffiċċju Informazzjoni PN, Matthew Bonett ried jitlaq mill-istamperija ma kienetx sorpriża għal min jafu sew. Is-sorpriża kienet li jrid jaħdem ma’ entita governattiva waqt li għaddejja kampanja politika qalila mill-PN fejn qed jgħidu li dan hu gvern korrott.
Fl-2013 ftit wara li Simon Busuttil laħaq Kap tal-PN, Matthew Bonett kien applika mal-PBS biex jidħol jaħdem fin-newsroom billi kien ilu ġurnalista ma’ Net TV għal bosta snin u b’hekk kien qed jittama li jsegwi lil sħabu Antonia Micallef, David Bonello u Keith Demicoli fost impjegati oħra ta’ Net TV li fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti sabu posthom fix-xandir nazzjonali.
Hija ironika li waqt illi għaddejja din il-kampanja politika qalila kontra l-gvern u Joseph Muscat, propju il-kelliem ta’ Simon Busuttil mhux jemmen il-propaganda tiegħu stess billi diġa’ darbtejn ipprova jidħol mal-gvern “korrott” fi tliet snin.
Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux jaqbad art tant li fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika wieħed wara l-ieħor dejjem jirriżulta li l-poplu Malti għandu ħafna iktar fiduċja f’Joseph Muscat milli f’Simon Busuttil.
Comments