top of page

Boris Xerri direttur ta’ kumpanija reġistrata fil-BVI waqt li kien teżorier tal-PN

Archive
May 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fid-dritt tar-risposta li għamel fuq din il-website, Boris Xerri li sal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tas-sena l-oħra kien għadu fit-tmexxija tal-ELCOM, il-fergħa tal-PN li tieħu ħsieb il-proċess elettorali kkonferma hu stess li meta kien fl-amministrazzjoni tal-PN, kien ukoll direttur fiduċjarju f’isem terzi ta’ kumpanija li kienet reġistrata bil-British Virgin Islands, meqjus bħala tax haven.

Boris Xerri kien appuntat tezorier tal-PN f’Ġunju 2010. Sentejn wara li l-kumpanija li fiha kien direttur, kienet ridomiċiljata fil-BVI. Kumpanija li dam fiha direttur ta’ fiduċja f’isem terzi sal-2012 meta l-kumpanija in kwestjoni kienet likwidata.

Dan ifisser li waqt li kien qed iservi ta’ teżorier tal-PN, Boris Xerri kien igawdi l-fiduċja ta’ terzi biex jirrapreżentahom bħala direttur f’kumpanija reġistrata fejn skont Simon Busuttil hemm il-ħabi u s-segretezza għax hemm il-korruzzjoni.

Simon Busuttil paroli biss.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page