Boris Xerri kellu aċċess għal JS List li hija l-link tad-Dar Ċentrali mal-Panama
Updated: Sep 21
Fiż-żmien li għamel teżorier tal-PN Boris Xerri kellu aċċess għal JS List. Il-JS List li hija lista sigrieta ta’ nies li jagħtu donazzjonijiet lil PN u li bdiet tinġabar fl-1987. Din il-lista hija l-link bejn il-Panama u d-Dar Ċentrali.
F’din il-lista hemm nies li għandhom kontijiet offshore u li ilhom snin twal jagħtu donazzjonijiet lil PN. Fuq din il-lista hemm nies li għandhom konnessjonijiet mal-Panama fost postijiet oħra fejn jinfetħu kumpaniji offshore.
Boris Xerri jaf sew il-lista ta’ nies li hemm fuq il-JS List li sa issa tliet ismijiet minnha kienu żvelati, fosthom dak ta’ Tancred Tabone li waqt li kien qed jirċievi commissions mix-xiri taż-żejt bħala Chairman tal-Enemalta, kien qiegħed jagħti d-donations lil PN.
L-ismijiet oħra żvelati sa issa kienu dawk ta’ Marin Hili u Mark Portelli li t-tnejn li huma kellhom karigi fil-Freeport.
Comments