Boris Xerri kien appuntat f’diversi rwoli bħala person of trust
Updated: Sep 21
Il-kelma person of trust illum hija kelma kerha. Pero bejn 1987 u 2013 ma kienetx kelma daqshekk kerha u ħafna nies qrib il-PN kienu mpjegati bħala persons of trust inkella appuntati f’diversi karigi ta’ fiduċja.
Wieħed minnhom huwa Boris Xerri li l-kumpanija tiegħu issemmiet fil-Panama Papers ukoll għalkemm il-bieraħt lura ċaħad kull involviment li seta’ kellu.
Apparti fil-Panama Papers, Boris Xerri kien issemma’ wkoll fl-Offshore Leaks xi żmien ilu f’kumpanija reġistrata l-BVI li fiha kien direttur f’isem terzi. Dan kien fl-istess żmien li serva bħala teżorier tal-PN ukoll.
Boris Xerri kien ukoll appuntat bħala person of trust fuq il-Governance Board tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali bejn 2010 u 2012 (f’dan iż-żmien kien fil-kumpanija reġistrata BVI u teżorier tal-PN) u kien fuq il-bord tal-Osprey Insurance Brokers Co Ltd. Kien ukoll magħżul bejn l-2008 u l-2012 biex iservi fuq il-kumitat tal-Malta Racing Club.
Comments