Breaking News: Clyde Puli qed jidħol għax-xogħol
Updated: Sep 21
Sorsi ta’ min jorbot fuqhom fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qed jgħidu li d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli irritorna lura għax-xogħol. L-ex Segretarju Parlamentari kien ilu ħafna żmien ma jersaq lejn il-post tax-xogħol tiegħu bħala manager fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tal-FMS.
Puli li beda l-karriera tiegħu fil-PN bħala DJ fuq Radio 101 kien daħal jaħdem mal-gvern bl-aktar mod meritokratiku. Sussegwentement, kien elett fil-Parlament u għamel perjodu, sa Marzu 2013 iservi bħala Segretarju Parlamentari.
Puli ma kienx irritorna għax-xogħol minkejja li baqa’ jitħallas. Iżda nihmu li kontra qalbu, reġa’ daħal lura.
Comments