Buffet fid-Dar Ċentrali in aid of Partit Nazzjonalista
Updated: Sep 21
Ma kienux kapaċi jagħmlu cafeteria, se jagħmlu buffet. B’donazzjoni ta’ €19.50 jista’ jkollok żewġ tipi ta’ għaġin bħala starter, biċċa chicken, rib-eye u majjal akkumpanjati d’diversi tipi ta’ salads. Deżerta u tazza nbid jew soft drink huma inklużi mad-donazzjoni.
Ħasra li mhux se jkollhom frejjeġ għax għandhom min hu kapaċi għalihom.
Dawk li jattendu se jkollhom iċ-ċans li jaraw esebizzjoni ta’ memorabilja. Għalkemm m’hijiex speċifikata nistgħu nifhmu li hija memorabilja tal-partit u mhux magħruf jekk hux se jdendlu l-maktur li suppost għandu mitt sena u li Simon Busuttil beda jxejjer u suppost kellu jwaħħlu fl-uffiċċju tiegħu bħala tarka tal-PN.
Il-maktur baqa’ qatt ma weħel fl-uffiċċju. Addio t-tarka tan-Nazzjonalisti.
Comments