Bugeja ifaħħar l-investiment fl-isptarijiet t’Għawdex u San Luqa
Updated: Sep 21
Ray Bugeja m’huwiex kontra l-investiment fil-qasam tas-Saħħa bħal Simon Busuttil. Bugeja kien kandidat tal-PN għal Parlament Ewropew wara li kien ikkontesta bla suċċess l-elezzjoni biex jinħatar kap tal-partit. Illum qed jgħin lil PN fil-kumitat tal-finanzi li appunta Simon Busuttil.
Fil-jiem li għaddew fuq Twitter, Ray Bugeja faħħar l-investiment tal-Vitals Global Healthcare li se jinvesti €218 miljun fl-isptarijiet ta’ Għawdex u St Lukes. Bugeja kiteb li mhux biss se jinvestu il-flus iżda x’se jkunu qed iġibu f’pajjiżna.
Fil-PN mhux kulħadd negattiv iżda ftit ikunu dawk li jitkellmu differenti minn dak li jgħid il-Kap biex ma jingħatawx il-ġenb.
Hemm min mhux negattiv iżda mhux jitkellem. Ray Bugeja għażel li jgħid dak li jħoss dwar dan l-investiment importanti għal pajjiżna
Comments