Libertajiet ċivili, fuq tlieta toqgħod il-borma
Updated: Sep 21
GUEST POST: Is-soċjeta Maltija fl-aħħar sentejn u nofs esperjenzat terremot fil-kamp tal-libertajiet civili. Kambjamenti li tellawna fil-quċċata tal-klassifċi dinjin għal dak li ghandu x’jaqsam ma’ leġislazzjoni u implementazzjoni ta’ miżuri favur il-komunita’ LGBTIQ. Kulhadd f’Malta llum jiftaħar li jgħix f’pajjiz aktar tolleranti u ‘minority friendly’. Kwazi kulħadd, b’eċċezzjoni għal Simon Busuttil, li f’dawn is-sentejn u nofs astjena fejn jidħlu libertaijiet ċivili.
L-ewwel każ imur lura għal 14 ta’ April 2014 meta b’sebgħa u tletin vot favur u tletin astensjoni l-Parlament Malti iddecieda li jibdel l-abbozz tal-Unjoni Ċivili f’liġi. F’dak il-każ Simon Busuttil astjena għal ewwel darba mid-doveri tieghu billi ħa l-aghar deċiżjoni li seta jieħu, dik illi ma jieħux decizjoni. Astjena milli jagħti drittijiet fundamentali lil membri tal-komunita’ LGBTIQ f’Malta.
It-tieni kaz jeħodna lura għal April tal- 2015. Qisu bil-magħmul dan ix-xahar tas-sena iħammar wiċċ Simon Busuttil fejn jidħlu l-libertajiet civili. Dan għaliex fil-każ tal-liġi dwar L-Identità Tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess, l-Oppożizzjoni reġgħet ittitubat mhux ftit sabiex tieħu deċizjoni dwar jekk taqbilx jew le ma’ dak li kien qiegħed ikun propost mill-Gvern fl-abbozz.
Nistgħu forsi nifmu, li l-fazzjoni konservattiva fi ħdan il-partit Nazzjonalista għadha waħda influwenti ferm, pero huwa wkoll ir-rwol tal-Kap tal-Partit li jieħu d-decizjonijiet, anke f’istanzi skomdi u fejn ma hemmx qbil unanimu.
Iżda kif jgħidu t-Taljani, non c’e’ due senza tre, u propju f’dawn il-ġranet Simon Busuttil reġa qagħad lura milli jieħu deċiżjoni ċara u soda dwar l-abbozz li jikkriminaliżża l-‘conversion therapy’ f’Malta. Tajjeb li wieħed ifakkar li qabel inkiteb dan l-abbozz, il-Ministeru għall-Libertaijiet Civili kien ħejja process ta’ konsultazzjoni li ntemm fil-15 ta’ Jannar 2015 fejn wiehed kien jistenna li Simon Busuttil kellu jiddiskuti dan is-suggett internament f’dak iż-żmien sabiex għallinqas ikollu opinjoni b’saħħita u deċiża fuq il-materja. Iżda ovjament dak ma’ kienx il-każ, għax il-PN għadu qiegħed jiddiskuti jekk l-omosesswalita hijiex marda jew le.
Robin
Comments