top of page

Cachia Caruana fil-qalba tal-PN u jiltaqa’ regolarment mal-ex Prim Ministru Gonzi

Archive
Aug 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Ġimgħa ilu l-konsulent ta’ Simon Busuttil, Richard Cachia Caruana u l-ex Prim Ministru Gonzi kienu qed jieklu M’Xlokk. F’dawn l-aħħar tliet snin żammew kuntratt regolari.

Ħafna drabi il-laqgħat tagħhom ikunu lunch informali u regolarment ikunu M’Xlokk, għalkemm dan l-aħħar biddlu l-post fejn kienu regolarment jiltaqgħu f’M’Xlokk stess.

Richard Cachia Caruana ilu jinfluwenza d-deċiżjonijiet kollha li jieħdu l-kapijiet tal-PN mill-1977. Kien Michael Frendo li ressqu lejn il-PN u mill-ewwel daħal fit-team ta’ Eddie Fenech Adami ftit wara li kien elett Kap u mill-ewwel kien qisu kollox hu.

Meta fl-1987 Eddie Fenech Adami laħaq Prim Ministru, Cachia Caruana kien l-Assistent Personali tiegħu. Inkarigah bid-diskussjonijiet ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea u wara l-2004 kien l-ewwel Ambaxxatur Malti għall-Unjoni Ewropea sakemm kien sfoduċjat mill-Parlament.

F’dawn is-snin kollha baqa’ dejjem involut fl-istrateġiji elettorali tal-PN u ilu qrib Simon Busuttil minn meta hu stess (RCC) għażlu biex imexxi l-MIC, iċ-Ċentru tal-Informazzjoni Malta Unjoni Ewropea. Naturalment kien għażlu bla ħtieġa ta’ sejħa pubblika u ħadd ma kien ilmenta, of course.

Illum Richard Cachia Caruana għadu fil-qalba tal-PN jagħti pariri u jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta’ Simon Busuttil.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page