top of page

Carmel Cacopardo: Simon Busuttil għamel froġa

Archive
Jun 12, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

L-Ex President tal-Kunsill Ġenerali u kandidat tal-PN Carmel Cacopardo li fil-preżent huwa mal-AD, qal fil-blog tiegħu li Simon Busuttil għamel froġa bl-aħħar dikjarazzjoni tiegħu dwar bini f’ODZ.

Cacopardo kiteb hekk:

Simon Busuttil qed jiżbalja bl-ikrah meta qed jipproponi li deċiżjonijiet dwar żvilupp fl-ODZ ikunu jirrikjedu l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Membri Parlamentari.

Minn meta l’hawn il-Partit Nazzjonalista bidel il-posizzjoni tiegħu dwar rwol dirett tal-politiku f’deċiżjonijiet tal-ippjanar? Safejn niftakar jiena l-emfasi kategorika tal-Partit Nazzjonalista dejjem kienet li l-politiku għandu joqgħod il-bogħod minn involviment dirett f’deċiżjonijiet tal-ippjanar. Issa Simon Busuttil qed jgħid eżattament bil-maqlub. Il-fatt li issa mhux qed jipproponi li jkun il-Ministru waħdu iżda li jkun il-Parlament kollu (b’maġġoranza ta’ żewġ terzi) li jiddeċiedi ma jagħmilx il-proposta waħda tajba. Izda jagħmel il-froga waħda ikbar.

L-iżvilupp fl-ODZ m’għandux isir imma ċertament m’għandux ikun il-politiku li jieħu deċiżjonijiet dwar dan. Għax ir-raġunijiet li fuqhom trid tkun ibbażata d-deċiżjoni m’għandhex tkun waħda politika. Għandhom ikunu konsiderazzjonijiet ambjentali u dawk tal-ippjanar l-uniċi konsiderazzjonijiet validi. U l-ebda żewġ terzi tal-Parlament ma jistgħu jagħmlu dawn il-konsiderazzjonijiet.

Is-soluzzjoni hi waħda u sempliċi: ħallu lill-professjonisti ambjentali u tal-ippjanar jagħmlu xogħolhom u tippruvawx tivvintaw metodi ġodda biex tiġġustifikaw l-indħil tal-passat u tagħtuh forma ġdida.

Fl-ODZ ħafna drabi mhux ġustifikat li jsir l-iżvilupp imma, x’ifisser dan għall-agrikultura, għas-sajd, u għall-ħarsien tal-kosta? Safejn hu permissibli li ċċaqlaq pompi tal-petrol eżistenti lil hinn mill-abitat? U xi ngħidu dwar il-fabbriki tal-logħob tan-nar? Dawn fl-ODZ iridu jkunu.

Il-Parlament ċertament li la hu kompetenti illum u l-anqas ma hu ser ikun kompetenti għada biex jieħu dawn id-deċiżjonijiet.

Simon Busuttil għandu bżonn jifhem li jeħtieġlu jdaħħal f’moħħu darba għal dejjem li hu neċessarju li jħalli lil professjonisti tal-ambjent u tal-ippjanar jagħmlu xogħolhom mingħajr indħil jew pressjoni. Bir-riċetta ġdida tiegħu għal indħil fejn ma jesgħux, Simon Busuttil ser jagħmel iktar frejjeġ mill-predeċessuri tiegħu. Il-probelma hi li Simon Busuttil m’għandu lil ħadd madwaru biex jiftaħlu għajnejh, għax dawk li jħokku spalla ma spalla miegħu ukoll qed jakkumulaw esperjenza fil-frejjeġ.

Il-politiku għandu jillimita ruħu biex ifassal il-politika (policy) u jħalli lill-awtoritajiet immexxija minn persuni serji biex jimplimentawha

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page